Wasalna … Sit Elettroniku Ġdid!

Għal ħafna snin inħasset il-ħtieġa li l-Malta Billiards and Snooker Association (MBSA) ikollha sit elettroniku li jkun informattiv kemm għall-membri tal-MBSA kif ukoll għal dawk li jixtiequ jsewgu l-ħidma tal-Assoċjazzjoni.

Illum, bi pjaċir inħabbru t-tnedija uffiċjali tas-sit mbsa.org.mt, sit modern li ser jibda jkun aġġornat b’mod kontinwu u li ser ikun fih informazzjoni utli għal kull plejer li jkun qiegħed jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet li l-MBSA torganizza.

Sa mill-ewwel ġurnata tiegħu bħala President tal-MBSA, Ivan Brincat sostna li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu hija li l-Assoċjazzjoni jkollha sit li jkun modern u aċċessibli u għal dan il-għan, mill-ewwel bdiet ħidma biex dan ikun jista’ jsir.

Malli wieħed jaċċessa dan is-sit, immedjatament jista’ jinnota li dan huwa sit modern u informattiv u minn hawn nixtiequ nroddu ħajr lis-Sur Matthew Calleja, il-persuna li ħa ħsieb il-bini u d-disinn ta’ dan is-sit.

Dan huwa wieħed mill-ewwel passi li ħadna biex ikollna Assoċjazzjoni aktar moderna u nsaħħu l-operat tal-MBSA. Naċċertakom li fil-jiem u ġimgħat li ġejjin ser taraw aktar inovazzjonijiet ġodda min-naħa tal-MBSA li mhux biss ser ikunu immirati li jsaħħu l-ħidma tagħna imma ukoll biex nagħtu promozzjoni lill-plejers u ikoni Maltin tal-logħba tal-Isnooker.

Inħeġġiġkom tkomplu s-segwu dan is-sit sabiex żżommu aġġornati mal-ħidma tal-MBSA!

Cameron Farrugia

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

_______________________________________

A new website!

Today, Malta Billiards and Snooker Association (MBSA) launched its new website mbsa.org.mt. This website has been developed by Matthew Calleja, himself a snooker player who competes in the First Division.

MBSA President Ivan Brincat emphasised from day one on the importance of having a new and modern website. This website is informative and contains essential information for all its members/snooker players and the general public.

Throughout the pandemic, we worked hard with Matthew to ensure that this website is launched by the end of June 2021, and as everyone can see, the website has been published today, three months ahead! Thus, we would like to thank Matthew for his hard work in developing mbsa.org.mt.

We are also working on other new initiatives to promote our game and the local Snooker players. In the coming weeks, you will be able to see what we’ve been working on with our solid and enthusiastic Media team.

We encourage you to stay tuned to our website for the latest news on MBSA!

Cameron Farrugia

Public Relations Officer

Share this post

Share on facebook
Share on email