Tisħiħ fit-Tim tal-Midja …

Illum il-ġurnata kulħadd qiegħed jirrikonoxxi l-importanza tal-midja soċjali u l-MBSA mhux b’inqas. Jekk wieħed jara minn fejn tlaqna għal fejn qegħdin illum, jista’ josserva li l-MBSA issaħet mhux ftit fid-dipartiment tal-Midja u Komunikazzjoni fejn l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Cameron Farrugia qiegħed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna.

Li jkollok strateġija għal fuq il-midja soċjali huwa essenzjali u dak huwa li preżentament qegħdin naħdmu fuqu biex mhux biss inkunu aktar effettivi imma nassiguraw li l-messaġġ li nkunu rridu nwasslu jasal fejn nixtiequ u jilħaq udjenza akbar.

Matul dawn l-aħħar ġranet, inaqgħdu mat-tim tal-Midja Matthew Calleja, illi ħa ħsieb il-bini u d-disinn ta’ din il-website, kif ukoll Matthias Brancaleone, illi huwa fotografu u vidjografu professjonali. Dan it-tim diġa beda jaħdem fuq diversi proġetti li ser ikunu qegħdin jagħtu dehra ġdida u aktar moderna lill-MBSA kif ukoll aktar promozzjoni lill-plejers Maltin tal-Isnooker.

Fil-jiem li ġejjin ser taraw diversi intervisti li dan it-tim ħadem fuqhom flimkien mal-Ġurnalisti Sportivi, Mark Attard, Joanna Camilleri u Louis Vella. Minn hawnehkk nixtieq pubblikament nirringrazzjahom tal-għajnuna li qegħdin joffru lill-MBSA.

Inħeġġiġkom tkomplu ssegwu dan is-sit għal aktar aġġornamenti!

Ivan Brincat

President

______________________________________

Strengthening the Media Team …

Nowadays, everyone recognises the importance of social media and MBSA is making good use of its social media platforms. One can easily notice the rapid improvmeent that MBSA has been making in the Communications and Media Department, thanks to our Public and Relations Officer, Cameron Farrugia who is doing a good job.

Having a social media strategy is essential and this is something that we are currently working on to be more effective and ensure that we are delivering the right message and reaching a wider audience

During the past days, Matthew Calleja, who was responsible of our webiste’s development, as well as Matthias Brancaleone, who is a photographer and videographer, have joined our Media team. This team has already started working on various projects that will be giving a new and modern look to MBSA as well as giving more promotion to our local Snooker players.

In the coming days, you will see several interviews with people from the local snooker scene and I would like to take this opportunity to thank everyone involved, the Media Team and Sports Journalists, Mark Attard, Joanna Camilleri and Louis Vella, who made these interviews possible.

I encourage you to continue following our site for more updates!

Ivan Brincat

President

Share this post

Share on facebook
Share on email