Nippromovu t-talent lokali …

Fix-xena lokali tal-Isnooker għandna ħafna talenti pero ftit li xejn ikun hemm promozzjoni. Matul ix-xhur illi għaddew ħdmina biex illum il-ġurnata għandna sit elettroniku ġdid. Sit li kien ilu mixtieq għal ħafna snin. Ħdimna ukoll biex insaħħu l-pjattaformi kollha tal-midja soċjali li l-Assoċjazzjoni għandha u fil-jiem u ġimgħat li ġejjin ser inkomplu nsaħħu l-pożizzjoni tagħna bi pjattaformi ġodda.

Wasalna? Le. Fadal xi jsir? Iva.

Għaldaqstant, ftit tal-ġranet ilu bdejna naħdmu fuq proġett ġdid fejn ser inkunu qegħdin nagħtu leħen lill-plejers Maltin u ikoni li għamlu suċċess fl-Isnooker kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Dalwaqt ser tibdew taraw l-intervisti li qegħdin naħdmu fuqhom ma’ plejers u persuni li kisbu suċċess kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna biex insiru nafu ftit aktar fuq il-karriera tagħhom.

Dan kollu huwa xiehda tax-xogħol li qegħdin nagħmlu u li ser inkomplu nagħmlu fil-jiem u x-xhur li ġejjin għal ġid tal-logħba tal-Isnooker f’Malta.

Cameron Farrugia

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

————————————————————

Promoting local talent …

In the local Snooker scene, we have a lot of talent but promotion to this talent is rarely given. During the past months, we worked to have a new and modern website which has been desired by MBSA members for years. We also worked to strengthen all MBSA social media platforms and in the coming days and weeks, we will further solidify our position with new platforms.

Are we there yet? No. More work needs to be done!

Therefore, a few days ago we started working on a new project where we will be promoting the local talent and soon, you will get to know more about our local players and their achievements both locally and abroad.

This is further proof of the hard work that we have been doing, and we will continue to do so in the coming days and months ahead, for the benefit of our local Snooker game.

Cameron Farrugia

Public Relations Officer

Share this post

Share on facebook
Share on email